Neoprene
Waħdi mxabbat mal-irdum
Ma kellix fej’ niggranfa
Imbagħad il-messaġġ.
Setgħet kienet ċajta goffa
Moħħi ma tantx itini
U għodosna flimkien.
Inti sirt l-ankra tiegħi
Il-kumplament kien jaf jistenna
U għodosna fil-qiegħ.
Chorus: Neoprene; ma’ ġismek indur
Ma’ kull kisra u daħla
Iġġebbidt, tiegħek sura ħadt.
Qatt ma gdibtlek. Just ridtek.
Imma tlumni jekk ingħidlek
Li lanqas fl-isbaħ ħolma ma immaġinajtek.
Kont dak illi ħsibt xtaqtni nkun.
Chorus: Neoprene ……
Kieku kelli ċans ieħor nagħżel materjal aħjar.
****************************
Bambinella
Bambinella, din l-arja tiegħek tkun fej’ tkun.
Bi ħjiel ta’ dieqa, li tgħid li tfeġġ ma’ sbieħ il-jum.
Misterjuża, kulħadd jixtieq li jaf min int.
U kif titbissem, jinħall is-silġ tal-qlub fl-ibliet.
Fik intlift; kemm xtaqt illi bqajt ma nstabtx.
Ħolma twila, nitbaskat fid-dija.
U kif smajt leħnek minn quddiem id-dar,
U malli lmaħt il-bixra tiegħek fil-bieb, qalbi swiedet.
Bambinella, diska fuq frotta kellha tkun.
Ħlewwa ta’ qalbi, weġgħa li rrid inġorr kuljum.
Inti tfawwar il-ħajja, tfur bis-sbuħija; insa l-pretensjoni tal-artist!
Kif tiċċaqlaq, kull nifs li tieħu; int kemm teżisti, tagħmilx wisq!
Taf kemm xtaqt nerġa’ insibek lura d-dar!
Iġġibli l-ilma, tgħaffiġli wiċċi, tnaddafli widnejja.
U kif smajt leħnek minn quddiem id-dar,
U malli lmaħt il-bixra tiegħek fil-bieb, qalbi swiedet,
Ruħi mietet, ma xtaqtx nitilfek, Bambinella.
Inti ħuttafa tittajjar ħielsa, tiżfen fuq l-irdum mal-mewġ tar-riħ.
Ir-raxx tal-baħar, il-melħ fuq ġildtek, il-kristalli fl-arja, ix-xemx, il-ħġieġ.
****************************
Żball kbir!
Żiżż: Met’ għidtlek “ejja nieqfu” kemm kien żball kbir!
Kor: Żball kbir! Żball kbir! Żball kbir!
Żiżż: Kieku nista’ ndawwar lura l-ħin.
Kor: Iddawwar lura l-ħin.
Żiżż: Kieku naħdem mod ieħor, forsi aħjar.
Kor: Taħdem forsi aħjar!
Żiżż: Ma kontx nagħmel l-iżbalji illi għamilt.
Kor: Tard wisq! Tard wisq! Tard wisq!
Żiżż: Li ma kontx chill biżżejjed.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Ma kontx inħossni biżżejjed.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Li nqtajt minni nnifsi.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Inti biss kont teżisti.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Nimxi fuq ponot subgħajja.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Ftit inżul u ħafna … daħk
Kor: Clever!
Żiżż: Xebgħa training għal ġismi
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Mbagħad għejjejt lili nnifsi.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: Nara bdejt kollox ikrah.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: U bdejt naħseb li nitlaq.
Kor: Żball kbir!
Żiżż: U għidtlek “ejja nieqfu”. Xi żball! Xi żball!
Kor: Kemm tiflaħ tkun baħnan!
****************************
Chips
Chips, dalwaqt sebgħa u ħamsin Alla jbierek!
Altru milli taħsiblu għall-Imgieret!
Iż-żelu illi għandek għall-ħajja!
Chips, m’għadhomx jagħmluhom bħalek ta’ stoffa!
Don Giovanni ‘żda qalil daqs James Hoffa!
Kemm garajtu boltijiet it-tarzna!
Chorus: Tikber u tisbieħ, tikber u tiblieh, donnok qatt ma tixjieħ!
Rajtek li qiegħed timmansa, iġġilidt ġlieda tajba.
U taf fejn inti sejjer.
Chips, int bħali fuq li tħobb tonfoq ‘l Alla;
Kenuri, roti u parafernalja,
U xorta sew rabbejt il-familja.
Chips, kemm nixtieq illi kont raġel bħalek;
Preżenti, deċiż u rari jarralek.
Mhux ta’ b’xejn jiġġennu fuqek in-nisa!
Chorus: Tikber u tisbieħ, tikber u tiblieh, donnok qatt ma tixjieħ!
Rajtek li qiegħed timmansa, iġġilidt ġlieda tajba.
U taf fejn inti sejjer.
Kemm int tal-ostja!
Chips, tgħid li għandek tgħid mingħajr ma tomogħdu!
Tistqarr illi jdejquk ħafna l-Brodu.
Xebgħa tqanżiħ u qrid f’kanzunetti.
Int tħobb is-solos sbieħ u ilħna perfetti.
U niggustak ittini l-pariri, u fl-istess nifs titnejjek bija; wiċċ vili!
Għidtli “li m’għamiltx ta’ tmintax tagħmlux issa.
‘Flok tagħmel komma aħjar tmur tixtri xi libsa!”
Kemm dħakt bija meta lbist ix-shorts roża!
Għidtli “tagħmilx bħall-massa, u tkunx mogħża!”
Nagħmel li tagħmel int il-bajd qatt ma kelli.
Tgħum għarwien Irdum id-Delli.
****************************
Fl-Univers Maġenbek
Illum għidtli biċ-ċar li għalina m’għadx hemm ċans.
Naf illi nqastek, kont tan-nejk.
Esaġerajt, imbagħad ċedejt, kemm jien bla bajd!
Diżappunt għalik u għalija.
Nixtieq noħlom ftit ieħor b’did-diska.
Chorus: Meet me in outer space – I wanna lie next to you.
Sibni fl-univers – nixtieq nerġa’ nimtedd maġenbek.
Fl-imwarrab, fid-dlam, madwarna qed jinbħu l-klieb.
Int iżżommli jdejja – inżommlok idejk.
Minn fuq l-irdum, frak jixgħel is-smewwiet.
Għal dejjem miegħek jien xtaqt inkun.
U fehemtni li hemm fuq nerġgħu insibu lil xulxin.
Chorus: Meet me in outer space – I wanna lie next to you.
Sibni fl-univers – nixtieq nerġa’ nimtedd maġenbek.
En el cosmos buscame – quier’ accostarme a tu lado.
Kutass fel mindenhol, szeretnék melléd feküdni.
Kutass fel mindenhol, szeretnék melléd feküdni
En el cosmos buscame – quier’ accostarme a tu lado.
Comments by brodu-admin